المدة الزمنية 2:14

IL-ĦIDMA TAN-NISA FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

بواسطة ONE News Malta
521 مشاهدة
0
11
تم نشره في 2021/03/09

ONE.COM.MT • Fil-ġimgħa li ġie mfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Mara, mart il-Prim Ministru Dr Lydia ltaqgħet ma’ numru ta’ nisa li jaħdmu f’setturi differenti tas-soċjetà. Fl-istess jum dan l-istazzjon tkellem ma’ żewġ ħaddiema tekniċi nisa fl-Enemalta li marru kontra kull kurrent u bdew il-karriera tagħhom, f’settur li għadu ddominat mill-irġiel. KITBA: E. PORTELLI / S. BAJADA FILMAT: OPM / A. BORG Lydia Abela żżur bosta nisa fuq il-post tax-xogħol tagħhom – title portal B’rabta mal-ġimgħa li fih ġie mfakkar il-jum internazzjonali għal mara, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela ltaqgħet ma’ numru ta’ nisa li jaħdmu f’diversi setturi fis-soċjetà. Fl-ewwel żjara tagħha, mart il-Prim Ministru marret fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ltaqgħet ma’ tliet pumpiera nisa li jaħdmu f’dan id-dipartiment. Il-ħaddiema nisa qalu li ma ħallew ebda sterjotipi jxekklu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Hawnhekk, Dr Abela apprezzat il-kuraġġ u determinazzjoni tat-tliet pumpiera nisa li llum għandhom karriera li hija ddominata mill-irġiel. Fi żjara oħra lill-kumpanija tal-ajru AirMalta, Dr Abela ltaqgħet ma’ żewġ ħaddiema tal-kumpanija, li qalu kif is-sodisfazzjon tagħhom huwa li qegħdin jaħdmu f’ambjent li jippromwovi l-ugwaljanza. Dr Abela żaret ukoll kumpanija Ġermaniża li timmanifattura prodotti tal-ħġieġ. Hawnhekk id-Direttur Maniġerjali ta’ din il-kumpanija, Marisa Xuereb spjegat kif nofs l-amministrazzjoni tal-kumpanija hija magħmula min-nisa. Mart il-Prim Ministru qalet kif waqt il-pandemija l-irwol tan-nisa fid-dinja tax-xogħol huwa importanti. DR LYDIA ABELA MART IL-PRIM MINISTRU “Irridu nkomplu naħdmu biex nassiguraw illi kull mara u kull tifla tilħaq il-potenzjal massimu tagħha u tifhem illi għaliex sempliċiment hija mara, ma jeżistu l-ebda barrieri biex tilħaq dak li tixtieq u tilħaq il-massimu tagħha.” Intant fi żjara li l-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli għamlet it-Tlieta wara nofshinar fl-Enemalta ħareġ kif huma tlett nisa tekniċi biss li jaħdmu f’din l-entità. Hawnhekk dan l-istazzjon tkellem ma’ żewġ nisa li mhux biss spjegaw ix-xogħol iżda anki ħeġġew biex aktar nisa jersqu ’l quddiem f’oqsma ta’ xogħol differenti. ANALIZIA BALZAN ĦADDIEMA TAL-ENEMALTA “Nagħmlu pjan ta’ kemm se tkun id-domanda tal-elettriku f’Malta għal għada, u naraw minn fejn jaqblilna l-aktar li nixtru l-elettriku jew mill-interconnector fi Sqallija jew mis-sorsi u l-impjanti li għandna f’Malta.” + GAYNOR AZZOPARDI INĠINIERA “Jiena ma nemminx li l-ebda professjoni fiha ġeneru, kollox jista’ jsir minn mara u raġel u nħeġġeġ dawk in-nisa hemm barra biex jekk huma għandhom ambizzjoni jew jogħġobhom dawn il-kunċetti ta’ xjenza għaliex le.”

الفئة

عرض المزيد

تعليقات - 0